.
Il-fidwa tal-anarkizmu
IL-FIDWA .
TAL-ANARKIzMU
Mark Montebello
1
Edizzjoni e-book
2014
IL-FIDWA .
TAL-ANARKIzMU
Mark Montebello
Malta
2014
© Mark Montebello 2010
L-ewwel edizzjoni: 2010
Din l-edizzjoni e-book: 2014
Din il-kitba tista’ tistampaha, tiffotokopjaha, turiha,
tirrepetiha, tikkwotaha jew tużaha kemm trid, imbasta
ssemmi b’mod espliċitu l-isem tagħha u tal-awtur.
Imma ma tistax terġa’ tippubblikaha, sħiħa, f’biċċiet
jew xi parti minnha, fi kwalunkwe mod u manjiera,
b’isem ieħor jew b’isem awtur differenti. Traduzzjonijiet
ta’ din il-kitba jistgħu jsiru biss bil-permess espliċitu
tal-awtur.
L-awtur ikun grat għal kummenti u
suġġerimenti marbuta ma’ xi tema ta’ din il-kitba:
montebello@gmail.com
MARK MONTEBELLO huwa minn Tas-Sliema. Twieled
fl-1964, u sar saċerdot fl-1989. Studja l-Filosofija
f’Malta, l-Italja, Spanja u l-Ingilterra. Huwa awtur ta’
diversi kotba u kitbiet ta’ natura filosofija u kritika, u
mħarreġ f’diversi inizzjattivi umanitarji.
Akkademikament, jispeċjalizza fl-istorja u t-tradizzjoni
tal-Filosofija fil-gżejjer Maltin, u fil-ħajja u l-ħsieb tar-
rikormatur Manwel Dimech. Huwa wkoll il-ko-
fundatur tal-fondazzjoni Philosophy Sharing, li tagħha
bħalissa huwa ċ-Chairperson. Joqgħod il-Pietà.
L-awtur jinsab grat lejn il-Brażiljan Paulo Souza li, fis-
sajf tal-2009, nebbħu bl-idea oriġinali ta’ din il-kitba, u
lejn Frei João Xerri O.P. għat-titjib tal-kitba.
Versjonijiet oħra dehru fi Knisja 2000 f’Ottubru/
Diċembru tal-2008 u fi Żminijietna f’Marzu tal-2010.
ISBN 978-99957-0-720-0
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
.
IL-FIDWA TAL-ANARKIzMU
Mark montebello
M a tistax taħrab il-fatt li tkun parti minn
xi istituzzjoni. Biss biss, il-biċċa l-
kbira tagħna nitwieldu fi ħdan l-istituzzjoni tal-
familja; u lkoll kemm aħna nitwieldu fi ħdan l-
istituzzjoni
statali.
Dawn
huma
żewġ
istituzzjonijiet bażiċi li magħhom f’ħajjitna
jiżdiedu oħrajn, bħal istituzzjonijiet reliġjużi,
soċjali, industrijali, kummerċjali, bankarji,
politiċi u l-bqija. Dan ifisser li, neċessarjament,
l-individwalità tieghek trid tikber u titwettaq fi
ħdan il-limiti u l-possibbiltajiet li joffru d-
diversi istituzzjonijiet li int membru tagħhom.
Barra minn hekk, inti neċessarjament trid
tonġor jew issawwar l-individwalità personali
1
Mark Montebello
tiegħek
skond
il-fasla
strutturali
tal-
istituzzjonijiet li int membru tagħhom. Fi kliem
ieħor, il-libertà tiegħek hija xi ftit jew wisq
limitata mill-qafas istituzzjonali li, tajjeb jew
ħażin, għandek madwarek. Fil-fatt, kull qafas
istituzzjonali ― ibda mill-familja u spiċċa fl-
istituzzjonijiet politiċi u ekonomiċi internazz-
jonali ― joħolqu pressjonijiet konsiderevol-
ment kbar fuq l-individwi f’għamla ta’ dmirijiet
sabiex dawn jiġu minġura u msawra skond il-
valuri li huma jħaddnu u l-esiġenzi li għandhom
ħalli jibqgħu jeżistu.
Dmir jeżisti għax hemm obligu; u l-obligu
toħolqu l-eżistenza tagħna nnifisha fi ħdan
fasliet istituzzjonali. Jien, int u kulħadd għand-
na dmirijiet, mhux biss taħt il-liġi pożittiva (il-
liġi internazzjonali, il-Kostituzzjoni tal-Istat, il-
kodiċijiet ċivili u kriminali, id-Dritt Kanoniku,
ir-regola reliġjuża u l-bqija), imma wkoll taħt
‘liġijiet’ oħrajn (forsi fuq lat personali xi kultant
aktar importanti mill-oħrajn). Fost dawn tal-
aħħar, insemmi, ngħidu aħna, il-‘liġi’ tal-
imħabba; jew anki, fuq livell aktar bażiku, il-
‘liġi’ tal-ġustizza naturali u l-‘liġi’ tal-etika
2
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
komuni. Xi kultant dawn l-obligi jkunu jew
isiru oppressivi, fis-sens li jgħattnu l-libertajiet
individwali, tagħna jew ta’ ħaddieħor, aktar
milli jkun imisshom. F’każijiet bħal dawn, id-
dmir tagħna ma jibqax aktar li noqogħdu
għalihom, imma li fil-fatt nopponuhom.
F’din il-kitba, huwa dan l-aspett li se
nistħarreġ l-aktar, speċifikament dak li nsejjaħlu
‘anarkiżmu fakultattiv’. M’inix se nittratta l-
anarkiżmu fih innfisu jew x’soluzzjoni jista’
joffri b’mod ħolistiku għas-soċjetà tagħna jew
għad-dinja, jew ukoll x’relazzjoni jista’ jkun
hemm bejn l-‘anarkiżmu fakultattiv’ u l-‘altern-
attiva anarkista’. Il-ħsieb ġenerali tiegħi hu li
noffri gwida lil min, mingħajr ma jħaddan l-
alternattiva anarkista fl-implikazzjonijiet kollha
tagħha, u filwaqt li jibqa’ jgħix u jiffunzjona fl-
ambjent soċjali tiegħu, jgħix u jipprattika tip ta’
anarkiżmu limitat li jagħtih ftit aktar nifs milli
għandu bħalissa u wkoll ftit spazju akbar sabiex
jgħix ħajja isbaħ.
3
Mark Montebello
ghaml
-
iet.
TA’ ANARKIzMU
L -anarkiżmu jiġi mifhum b’bosta għamliet.
L-aktar, tlieta. L-għamla l-aktar komuni
ta’ kif jinftiehem hija bħala stat ta’ diżordni
soċjali b’ħafna għajjat u storbju fit-toroq. Bħal
dak, ngħidu aħna, li seħħ fl-Amerika u l-Kanada
fl-1992. Għalkemm dawn l-Istati ma nassoċċ-
jawhomx ma’ xi diżordni anarkiku (u xi wħud
minna jżommu li huma l-aktar pajjiżi ċivilizzati
tad-dinja), għal sitt ijiem sħaħ il-forzi tal-ordni
ma setgħux isibu tarf l-eluf ta’ nies f’Los
Angeles u f’inħawi oħra tal-Amerika u l-Kanada
― kemm bojod u kemm Afro-Amerikani ―
waqt li għamlu diżastru sħiħ. L-anarkiżmu
rriżulta wara li, fid-29 ta’ April ta’ dik is-sena,
ġurija ħelset minn kull akkuża erba’ pulizija li
4
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
kienu sawtu bl-aħrax u qatlu lil wieħed imsejken
jismu Rodney King, ex-priġunier Afro-
Amerikan, li kienu arrestawh wara li tahom ġirja
sew bil-mutur li kien qed isuq. Xi ħadd kien anki
ġibed filmat tal-pulizija (li kienu mill-anqas
ħdax) waqt li kkommettew dan id-delitt.1 Il-
protestanti fit-toroq kissru u farrku kulma ġie
għal idejhom, serqu kemm felħu mill-ħwienet li
sgassaw, ħarqu kulma dehrilhom, u attakkaw u
saħansitra qatlu nies li ma kellhom x’jaqsmu
xejn ma’ dak li kien seħħ. F’sitt ijiem, mietu
mal-ħamsa u tletin ruħ u ndarbu eluf oħrajn, u l-
ħsarat laħqu ’l fuq minn biljun dollaru Amerikan.
Dan hu eżempju tajjeb tal-ewwel għamla ta’ kif
jiġi mifhum l-anarkiżmu.
Għamla oħra hija bħala stat soċjali li fih ma
jkollokx gvern effettiv, imma kulħadd ifendi
għal rasu. Dan ma jimplikax diżordni, għajjat u
storbju bħal dak li semmejna, b’nies jiġru fit-
toroq, jiġġieldu kontra l-forzi tal-ordni u
1 Il-filmat tal-waħx għadek tista’ tarah fuq: https://
www.youtube.com/watch?v=4OauOPTwbqk
(ATTENZJONI: HUWA GRAFIKAMENT XOKKANTI ĦAFNA)
5
Mark Montebello
jipprotestaw b’mod xi ftit jew wisq vjolenti.
Huwa għamla ta’ anarkiżmu ‘kwiet’, jekk trid, u
ġieli jissejjaħ ‘mutwalista’ (għax joħloq rabta
mutwa bejn in-nies b’mod spontanju). Hu
assoċjat l-aktar ma’ Proudhon. Bħal din l-
għamla ta’ anarkiżmu kien hemm, ngħidu aħna,
l-Albanija madwar l-1998. Wara l-irvellijiet tal-
1997, li damu sejrin aktar minn xahar u li
seħħew minħabba li uffiċjali tal-gvern kienu
webblu madwar tliet kwarti tal-Albaniżi biex
jinvestu fi skemi u mbagħad serqulhom kollox,
laħaq gvern ġdid li ma rnexxilux jistabbilizza l-
ekonomija. Għaldaqstant, l-Albaniżi, natural-
ment, ħasbu għal rashom u ― bil-forzi tal-ordni
fi stat tal-biki u bil-korruzzjoni mifruxa ma’
kullimkien ― kulħadd sar il-gvern tiegħu stess.
Li kieku kont iżżur l-Albanija madwar l-1998,
kollox kien jidher seren u kalm, imma fil-fatt,
meta tgħarrex ftit, tintebaħ li gvern effettiv ma
kienx jeżisti, jew kien dgħajjef ħafna, u kulħadd
kien qiegħed ifendi għal rasu mill-aħjar li jista’.
Dan, jidhirli, hu eżempju tajjeb tat-tieni għamla
ta’ kif jiġi mifhum l-anarkiżmu.
Għamla oħra ta’ anarkiżmu, fuq livell aktar
6
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
filosofiku, hija dik mifhuma bħala twemmin li,
teoretikament u xi kultant prattikament, ma
jaċċetta ebda tmexxija jew awtorità leġittima
governernali jew statali. Hemm żewġ xejriet
ewlenin ta’ din l-għamla: dik imsejħa
‘Anarkiżmu Individwali’ u l-oħra ‘Anarkiżmu
Soċjali’. Tal-ewwel, hija assoċjata l-aktar ma’
Godwin fl-Ingilterra u, b’mod aktar estrem, ma’
Stirner fil-Ġermanja. L-anarkisti individwali
jisħqu fuq dik li tissejjaħ il-‘libertà negattiva’, u
jopponu kull kontroll istituzzjonali fuq l-
individwu. It-tieni xejra, jiġifieri l-‘Anarkiżmu
Soċjali’, hija assoċjata l-aktar ma’ Bakunin fir-
Russja u Johann Most fl-Amerika. L-anarkisti
soċjali jisħqu l-aktar fuq dik li tissejjaħ il-
‘libertà pożittiva’, u jopponu kull tfixkil
istituzzjonali fit-twettiq tal-ħtiġijiet naturali tal-
individwi. Wieħed mill-aktar magħrufa llum
f’din ix-xejra ta’ ħsieb aktarx huwa l-filosfu
John Zerzan fl-Amerika, li jispira ruħu miċ-
ċivilazzjonijiet primittivi.
Meta l-filosfi jsemmu l-anarkiżmu mingħajr
kwalifika (bħal, ngħidu aħna, Platun, Spinoza,
Bentham u MacIntyre), il-kelma ‘anarkija’
7
Mark Montebello
ġeneralment tirreferi għall-ewwel għamla li
semmejt hawnfuq. Huma ftit (bħal, ngħidu
aħna, Sartre u Nozick) li jitħaddtu dwarha fis-
sens tat-tieni għamla.
Minkejja dawn it-tliet definizzjonijiet
komuni u ġenerali ta’ anarkiżmu, jien ma
nifhem l-anarkiżmu f’ebda għamla minn dawn.
L-anarkiżmu li se nitħaddet dwaru hawntaħt
nista’ nsejjaħlu ‘fakultattiv’, kif se nfisser, u
jirrelata ma’ attitudni personali u intima fuq
livell individwali.
8
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
L-ossessjoni
Bil-konformitÀ
S abiex nibda, xtaqt insemmilek id-diska
The Logical Song. Ma nafx jekk qattx
smajtha. Kien ħariġha l-grupp Supertramp fl-
1979 fl-album Breakfast in America.2 Biċċa
mill-lirika tagħha, miktuba minn Roger
Hodgson, li kien ukoll il-kantant tad-diska,
kienet tgħid hekk:
But then they send me away to teach me how
to be sensible, logical, oh responsible,
practical.
2 Id-diska tista’ tismagħha fuq: https://
www.youtube.com/watch?v=OQfjIw3mivc
9
Mark Montebello
And they showed me a world where I could
be so dependable, oh clinical, oh
intellectual, cynical.
[…]
Now watch what you say or they’ll be
calling you a radical, a liberal, oh fanatical,
criminal.
Won’t you sign up your name? We’d like to
feel you’re acceptable, respectable, oh
presentable, a vegetable! 3
Il-kliem ta’ din id-diska popolari jista’
jindika xi ftit jew wisq dak li rrid ngħid bl-
ossessjoni għall-konformità li l-biċċa l-kbira
minna aktarx jiltaqgħu magħha kmieni fil-ħajja
u jibqgħu jiltaqgħu magħha hekk kif jikbru.
3 Jiġifieri: Imbagħad bagħtuni biex jgħallmuni kif inkun
sensibbli, / loġiku, responsabbli, prattiku. / U wrewni dinja li fiha stajt inkun dipendibbli, / kliniku, intellettwali, ċiniku. // Issa ara x’tgħid għax inkella jibdew isejħulek radikali, / liberali, fanatiku, kriminali. / Jekk jogħġbok, niżżel ismek hawnhekk, għax irridu nkunu nafu li int /
aċċettabbli, rispettabbli, preżentabbli, veġitali.
10
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
Il-famuż Freud, fil-ktieb sabiħ tiegħu Iċ-
Ċiviltà u d-Diskontentizzi Tagħha (1930),
ifisser dik li baqgħet tissejjaħ l-‘Era Moderna’
taħt tliet aspetti differenti imma mhux distinti
għal kollox minn xulxin: il-ġmiel, l-indafa u l-
ordni. Taħt dawn it-tliet titli huwa stħarreġ kif l-
‘Era Moderna’ (jew il-‘Moderniżmu’) ossessjo-
nat ruħha bit-tneħħija ta’ kulma jfixkel l-
armonija u l-perfezzjoni formali tas-soċjetà (l-
aspett tal-ġmiel), bit-tneħħija ta’ kulma
jħammeġ jew itabba’ b’xi mod is-soċjetà (l-
aspett tal-indafa), u bit-tneħħija tal-indiċiżjoni
personali (l-aspett tal-ordni).
It-tliet aspetti lkoll jippuntaw lejn il-
konformità privata u soċjali, li l-era hekk
imsejħa ‘Postmoderna’ (jew il-‘Postmodern-
iżmu’) suppost warrbet. Fi kliem ieħor, kulmin
ma joqgħodx għall-konformità jitqies ikrah,
maħmuġ u diżordnat.
Bil-mod tagħha, id-diska ta’ Hodgson
titħaddet xi ftit jew wisq dwar dan. Jiġifieri fuq
edukazzjoni li, minkejja l-mogħdija taż-żmien u
l-bdil fil-valuri, baqgħet xorta waħda tisħaq fuq
11
Mark Montebello
il-valuri tal-‘Era Moderna’, jiġiferi edukazzjoni
li baqgħet tisħaq fuq il-konformità tal-individwi
ma’ soċjetà li tfittex il-konsistenza tagħha fis-
sottomissjoni sħiħa għall-kanonijiet ortodossi
tagħha. Hija edukazzjoni li, kif tgħid id-diska,
tibdel l-individwi f’nies sensibbli, loġiċi,
responsabbli, prattiċi, dipendibbli, cliniċi,
intellettwali, ċiniċi, aċċettabbli, rispettabbli u
preżentabbli. U jekk dan ma jirnexxilhiex
tagħmlu, tqis lill-istess individwi bħala radikali,
liberali, fanatiċi u kriminali.
12
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
Il-fissazzjon
. i
Bil-formalizmu
I msieħeb ma’ din l-ossessjoni għall-
konformiżmu hemm ukoll il-fissazzjoni
bil-formaliżmu. Ħafna drabi, din il-fissazzjoni
tfittex li twarrab l-ispontanjetà tal-individwi u
tippretenti li lkoll inġibu ruħna b’mod preskritt.
Il-formaliżmu jrid jipproġetta sens ta’ ordni u
ta’ sbuħija li jiġu, mhux mill-espressjoni ħielsa
u spontanja tal-personalitajiet, imma mill-qbil
tagħhom ma’ regolamenti espliċiti jew impliċiti
ta’ komportament riġidu u impersonali.
Din il-fissazzjoni turi ruħha f’kull aspett tal-
aġir uman: fl-ilbies, fil-kliem, fit-tonalità tal-
leħen, fil-kostruzzjoni tas-sentenzi li nużaw, fiċ-
ċaqliq tal-ġisem, u l-bqija. Turi ruħha wkoll
13
Mark Montebello
f’kull attività umana: fil-klassijiet tal-iskola, fit-
teatru, fil-poeżija u l-letteratura, f’ċerimonji
pubbliċi, f’laqgħat privati, f’servizzi pubbliċi, u
l-bqija. F’kull waħda minn dawn, tixxejjen l-
ispontanjetà tal-individwu (u, għalhekk, l-
individwu nnifsu) sabiex tieħu postha l-wirja
tal-appartenenza mal-ġemgħa kollettiva jew,
aktar minn hekk, mal-istituzzjonijiet li
jirrappreżentawha.
L-istituzzjonijiet iħeġġu dan it-tip ta’ aġir
billi impliċitament jew espliċitament jikkon-
vinċu lill-individwi li d-dekor u l-aġir xieraq
huwa dak biss li jikkonforma ma’ dak li l-
istituzzjoni tqis bħala korrett u proprju.
Jikkonvinċuhom ukoll li, bil-kontra, huwa
inkorrett, improprju u innaturali li jaġixxu
b’mod spontanju, espressiv tal-personalità
proprja tagħhom, ħieles, flessibbli jew mhux
imxekkel miċ-ċerimonjaliżmu.
Il-formaliżmu huwa l-espressjoni esterjuri
tal-konformiżmu. Jindika li l-individwu ċeda l-
karattru
individwali
tiegħu,
għall-anqas
apparentement, għall-istituzzjoni u l-valuri
14
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
tagħha. L-espressjoni individwali hija riservata
biss għall-qasam privat. Għax mill-bqija, fil-
qasam pubbliku, l-individwalità tiegħu hija
mgħajba, mistura u moħbija kważi għal kollox.
Dak li hu xieraq u korrett fil-qasam privat
jitqies bħala mhux-xieraq, inkorrett, innaturali u
żbaljat fil-qasam pubbliku.
Il-ksur tal-formaliżmu jitqies bħala ribelljoni,
sovversjoni jew sfida għall-istituzzonaliżmu u l-
ordinament xieraq soċjali. Jekk ma jiġix meqjus
bħala aġir ta’ bniedem miġnun jew ta’ bniedem
immatur, jittieħed bħala att ta’ diżubbidjenza u
theddid.
15
Mark Montebello
.
Il-postmodernizmu
taghna
-
B ħal bosta avvanzi soċjo-filosofiċi oħra,
f’Malta u Għawdex l-hekk imsejjaħ
‘postmoderniżmu’ għadu ma rabbiex l-għeruq
għad illi f’oqsma aktar żviluppati tad-dinja ilu l-
għexieren ta’ snin li tnibbet, kiber, infirex u
anki ġie ssuperat. Minkejja dan, aktarx jeżistu
diversi oqsma sub-kulturali ’l hemm u ’l hawn
f’Malta u Għawdex li effettivament xi ftit jew
wisq warrbu l-valuri tal-moderniżmu. Jekk
wieħed jagħmilha ftit ma’ żgħażagħ li
m’għadhomx imorru knisja, ngħidu aħna, jew
idur dawra ħafifa fl-Internet u jżur blogs ta’ xi
Maltin, malajr jintebaħ kemm dan hu minnu.
Iżda b’mod ġenerali, fil-kultura dominanti,
16
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
dawn il-valuri modernisti għadhom ma
twarrbux. L-individwu għadu, b’mod ġenerali,
jiġi impliċitament mitlub jissottoskrivi l-
kuxjenza u l-personalità tiegħu għat-twemmin
modernista tal-konformità u l-formaliżmu, u
għadhom jeżistu għamliet diversi, aktarx siekta
u minn taħt, ta’ kastigi għal min ma jintelaqx
għal tali sottokrizzjoni.
Forsi l-aktar ‘kastig’ mifrux hija l-ostraċizz-
azzjoni (jiġifieri t-twarrib jew l-esklużjoni). It-
tliet oqsma li jitħaddet fuqhom Freud fl-aħħar
mill-aħħar għandhom direttament x’jaqsmu
mal-inklużjoni u l-esklużjoni tan-nies (bit-tieni
waħda effett tan-nuqqas tal-ewwel). F’soċjetà
bħal tagħna fejn l-istituzzjonijiet għandhom
meqjusa assoluti (u, għalhekk, ma tistax
tmerihom f’xejn), is-siwi tal-individwu huwa
meqjus primarjament f’relazzjoni ma’ dak l-
assolutiżmu tal-istituzzjoni u, b’konsegwenza,
f’sottmissjoni għalih. L-individwu f’Malta u
Għawdex, partikularment dak li jrid jeżisti fi
ħdan fasla istituzzjonali, jibqa’ jiġi meqjus
inkluż fin-nisġa soċjali u politika jekk kemm-il
darba jġib ruħu b’tali mod li ma jfixkilx il-
17
Mark Montebello
primat tal-valuri li l-istituzzjonijiet iżżommu
bħala sagrosanti għall-konservazzjoni tagħhom
infushom. Infatti, l-istituzzjonijiet f’Malta u
Għawdex għadhom sallum iqisu bħala prijorità,
mhux l-akbar u l-aqwa ġid tal-individwu, imma
biss l-akbar u l-aqwa ġid tagħhom infushom.
Kulmin bl-aġir tiegħu jfixkel b’xi mod dan l-
objettiv jiġi ħelu ħelu mibżuq ’il barra mill-fasla
istituzzjonali u eskluż mis-sħubija tagħha.
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, f’Malta u
Għawdex l-individwu għadu qed jiġi meqjus
għodda strumentali għall-għajxien u l-konser-
vazzjoni tal-istituzzjonijiet, li għandhom bħala
missjoni ewlenija li ma jitilfux (u, jekk jista’
jkun, ikabbru) l-ispazju tagħhom fil-medda tal-
qawwa politika li hawn mifruxa soċjalment. L-
istituzzjonijiet jgħixu għalihom infushom, mhux
biex jaqdu lin-nies. In-nies huma biss
ġustifikazzjoni tal-qawwa politika li l-istituzz-
jonijiet għandhom, u l-individwu fi ħdan
istituzzjoni huwa meqjus bħala xirk li xogħolu
hu biss li jħaddem il-mekkaniżmi tal-istituzz-
jonijiet rispettivi li hu parti minnhom u jgħin
fit-twettiq tal-miri u l-objettivi tagħhom.
18
.
Il-fidwa tal-anarkizmu
Il-miri
istituzzjonali
I ċ-ċirku vizzjuż implikat f’dan kollu għadu
ma ġiex miksur f’Malta u Għawdex. Huwa
ċirku li jimmanipula l-kuxjenzi sabiex, minkejja
s-siwi li jista’ jkollhom fihom infushom, jaqdu
l-konservazzjoni tal-instituzzjonijiet u l-perpet-
wazzjoni taċ-ċirku nnifsu. Minn hawn jiġi li dan
huwa ċirku li nistgħu nsejħulu ‘manipulazzjoni
politika tal-kuxjenzi’. Aktarx jieħu l-għamla
taċ-ċirku vizzjuż kif tidher fil-grafika fuq il-
paġna li jmiss.
Huwa meħtieġ li jiġi nnutat li l-
manipulazzjoni tal-kuxjenzi individwali hija ta’
xejra politika. B’dan irrid ngħid li, proprjament,
l-istituzzjonijiet ma jinpurtahomx u ma jinte-
19
Mark Montebello
Reads:
0
Pages:
21
Published:
Dec 2024
Neue Sichtungen zum echten "Berg Mamilch" enthüllen Überraschendes... wobei sich die Frage auftut: wer gab der Bergwelt um das Schweizer Pilatus-Massiv die bi...
Formats: PDF, Epub, Kindle, TXT